top of page

VIDEOGRAPHY

Ricky Bugeja

Videographer  | Digital Marketer | Photographer

Sharing your story with the world

Some Of Our Partners:

Services

Promotional Clips

Corporate Filming

Documentaries

TV Adverts

Event Coverage

News Footage

Aerial Filming

Voice Overs

Music Production

Services

Social Media Management

Digital Advertising

Content Writing

Online Strategy

Search Engine Optimization

Brand Identity

Conversion Optimization

Portrait Photography

Corporate Photography

Events Photography

Food and Macro Photography

Landscape Photography

Aerial Photography

Travel Photography

Street Photography

News Photography

Sports Photography

Video Production

Work
Kinetika GHM 5K Ricky Bugeja Studios
02:30
Full Video w VO  GAC RB Studios
02:55
Josann Final GHM RB Studios
00:38
Bluenights natural history 19 02 2024
02:15
QM Amenities Showcase  Krish ST
03:56
BCSS Career Stories 2023
03:54
Charla Pia Final GHM RB Studios
00:38
Charlie Gatt Final GHM RB Studios
00:38
Charlton Debono Final GHM RB Studios
00:38
David Borg Final GHM RB Studios
00:39
Matthew Xuereb Final GHM RB Studios
00:38
Yippee Short
00:20
Kozmo Full burger ad RB Studios
00:56
Stone Market Gozo Openeing   RBS v2
00:47
D Capital CR Promo V4 RB Studios
00:32
The JoyGivers - Inti Biss (Official Music Video)
04:12

The JoyGivers - Inti Biss (Official Music Video)

Awtur: Mario Borg Kompożizzjoni: 'The JoyGivers ®' Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers ®' Drittijiet Esklussivi ©: 'The JoyGivers®' Filmati u muntaġġ: Ricky Bugeja Filming Irrekordjar tal-vuċijiet: Aldo Spiteri - WickedandLoud Studio Atturi: Venice Cassar & Andrew Tabone Ħajr: Carmelino Refalo - Cesca Boutique Follow The JoyGivers: Facebook: https://www.facebook.com/thejoygiversband Instagram: https://www.instagram.com/thejoygiversband/ https://thejoygiversband.com/ Inti Biss Naħseb fik kull ħin. Norqod u inqum. Inti is-sebħ, tal-jum. Ilni nafek snin. Dejjem ma’ xulxin. Tfal żgħar ċkejknin. Int taf, ta’ din qalbi kull taħbita. Ma jonqosni xejn. Meta nkunu t-tnejn, nixtieq li jista’ jieqaf miexi ż-żmien. Nibqgħu hawn flimkien. Bik jien bniedem sħiħ. Int il-għan li ngħix għalih. Ħsiebi dejjem fik, lejl u nhar. Rit: Emminni, Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik. Kieku taf jien f’ħajti x’għandi bik! Kelmti jien nagħtik, ma ninsik qatt. Postok f’ħajti m’hu se jieħdu ħadd. X’inħoss għalik m’għandix kliem. Waqt id-dlam int wens. Minn ħajti għamilt sens. Sal-aħħar nifs, int biss, ta’ din qalbi il-maħbuba. Ħudni ġo dirgħajk. Mitlufa jien warajk. Tennili erġa dak il-kliem sabiħ. Inkun nistennih. Qatt ma kelli ħjiel. Fik miġbur hemm kollu l-ġmiel. Miegħek biss sat-tmiem. Int u jien. Rit: Emminni, Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik. Jien inwegħdek li nipproteġik. Kelmti jien nagħtik, ma ninsik qatt. Postok f’ħajti m’hu se jieħdu ħadd. Ħbub għajnejk huma kewkbiet, l-isbaħ f’kollha s-smewwiet. Qalbi tħeġġeġ lejk nirien. Ħdejk bħal jieqaf iż-żmien. Rit: Emminni, Qalbi tfur sax-xfar bl-imħabb’ għalik. (Inti biss!) Kieku taf jien f’ħajti x’għandi bik! Nimxu t-tnejn flimkien sa fuq l-altar. Wegħda illi tajna meta żgħar. Ġejjien, inti u jien... Mario Borg
Krejon Honduras Ricky Bugeja Studios
04:31
The JoyGivers - Ilmaħtek id-Dwejra (Official Music Video)
04:25

The JoyGivers - Ilmaħtek id-Dwejra (Official Music Video)

Awtur: Mario Borg Kompożizzjoni: 'The JoyGivers ®' Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers ®' Drittijiet Esklussivi ©: 'The JoyGivers®' Filmati u muntaġġ: Ricky Bugeja Filming Irrekordjar tal-vuċijiet: Aldo Spiteri - WickedandLoud Studio Atturi: Venice Cassar & Andrew Tabone Ħajr: "Dwejra Boat Rides" & Michael Cauchi Follow The JoyGivers: Facebook: https://www.facebook.com/thejoygiversband Instagram: https://www.instagram.com/thejoygiversband/ https://thejoygiversband.com/ Ilmaħtek id-Dwejra Ilmaħtek ma’ barklor ma’ moll, id- Dwejra. Bilqegħda fuq quddiem ta’ frejgatina. Ta’ wiċċek it-tbissima qatt ma’ ninsa’, kif dħalt fil-għar imnaqqax qisu mina. Sibt ruħi fuq it-tieqa, nħares l-isfel. Qed nisma’ tal-imqaddef iċ-ċafċifa. ‘kk ikolli ngħid, ’il fuq ħarist int lejja. Id-dgħajsa f’baħar ċar baqgħet għaddejja Nixtieqek kont tfajla mill-gżira Għawdxija. Fuq frejgatina ndawrek filghaxija. U xħin ma jibqax ħlieqa, inżuru t-tieqa. Naraw ix-xemx tinħeba taħt ix-xefaq. Għażiża ta’ qalbi. Imħabbti għal siegħa. M’hemmx tfajla isbaħ ngħid għalija! Jekk inti tibqa’ hawn nagħmlek reġina. Ħajjitna ngħixu hawn għall-kwiet fid-Dwejra. Wasalt ħdejn il-kapella mill-mogħdija. Terraqt fuq blat niggież; mixj’ għaġġelija. Stennejtek fuq il-moll, fix-xatt tad-Dwejra. Ħaristli minn taħt l-għajn u bqajt int sejra. U rajtek fuq tal-linja tiela’ t-taraġ. Minn dakinhar ma sibtx jien aktar faraġ. Fuq nett tat-tieqa tlajt kuljum bit-tama, li mqar għal-ftit jien lilek nerġa nara Nixtieqek kont tfajla mill-gżira Għawdxija. Fuq frejgatina ndawrek filghaxija. U xħin ma jibqax ħlieqa, inżuru t-tieqa. Naraw ix-xemx tinħeba taħt ix-xefaq. Għażiża ta’ qalbi. Imħabbti għal siegħa. M’hemmx tfajla isbaħ ngħid għalija! Jekk inti tibqa’ hawn nagħmlek reġina. Ħajjitna ngħixu hawn għall-kwiet fid-Dwejra. Din qalbi kollha dieqa. Intemmet anke it-tieqa. Tlift tiegħek kull tifkira. Id-destin ma’ kienx għalina. Nixtieqek kont tfajla mill-gżira Għawdxija. Fuq frejgatina ndawrek filghaxija. U xħin ma jibqax ħlieqa, inżuru t-tieqa. Naraw ix-xemx tinħeba taħt ix-xefaq. Għażiza ta qalbi, imħabbti għal siegħa. Din qalbi kollha dieqa. Wisq kiefra din xortina. U x’tiswa l-frejgatina. Intemmet anke it-tieqa. Tlift tiegħek kull tifkira, taħt il-baħar. Imħabbti għal siegħa... Ilmaħtek id-dwejra... Mario Borg
The JoyGivers - Baħar Jaqsam (Official Music Video)
04:03

The JoyGivers - Baħar Jaqsam (Official Music Video)

Awtur: Etienne Micallef Kompożizzjoni: 'The JoyGivers®' Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers®' Drittijiet Esklussivi ©: 'The JoyGivers®' Filmati u muntaġġ: Ricky Bugeja Filming Follow The JoyGivers: Facebook: https://www.facebook.com/thejoygiversband Instagram: https://instagram.com/thejoygiversband?igshid=1oq5204g1r2fw https://thejoygiversband.com/ BAĦAR JAQSAM Ġo Għawdex tgħammar koppja Ħenjin u wisq twajbin Ilhom miżżewwġa għomor Qabżuhom is-sittin Tonin mir-Rabat Malta U Karmni minn Nadur L-imħabba dawn laqqgħethom Fil-fliegu fuq vapur Għall-bidu ma kienx faċli Li jifhmu lil xulxin Miskin kemm regħex Toninu Xi trampi x’waħda din! Hemm baħar jaqsam Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin Bid-djalett ħlejju Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin Ftit differenti Meta tisma’xi tlissin Tiskopri kliem Li farka huma magħrufin Dan kollu jagħti Sens sabiħ t’identita` Minkejja ċ-ċokon Tant tispikka l-varjeta` Il-bliet u rħula Kemm Maltin u dawk Għawdxin Joffru tiżwieqa Ta’ djaletti ferm ħelwin Fettul għal Karmni tagħna Kemm tbillu fil-kafe` Tonin ma joqgħodx lura Għal xi biskuttel mat-te` Għan-naxra iċ-ċombini Mhux labar tal-inxir Flok pirmli ħu l-pinuri Jgħaddhielek f’ħin qasir Dal-kliem hekk differenti Iqabbdek sew il-mejt Tistodri tkun trid l-arja Fil-mandra jew fuq bejt Hemm baħar jaqsam Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin Bid-djalett ħlejju Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin Ftit differenti Meta tisma’xi tlissin Tiskopri kliem Li farka huma magħrufin Dan kollu jagħti Sens sabiħ t’identita` Minkejja ċ-ċokon Tant tispikka l-varjeta` Il-bliet u rħula Kemm Maltin u dawk Għawdxin Joffru tiżwieqa Ta’ djaletti ferm ħelwin U l-lingwa tibqa’ ħajja Qawsalla tfur bl-ilwien Il-Malti pur jew mgħawweġ Tħaddem matul iż-żmien Jeħtieġ illi nħarsuhom Daqs mitqlu deheb jiswew Biex qatt ma nitilfuhom Jew x’ħasra jintesew Hemm baħar jaqsam Bejn iż-żewġ gżejjer Maltin Bid-djalett ħlejju Sew jitkellmu l-ħbieb Għawdxin Ftit differenti Meta tisma’xi tlissin Tiskopri kliem Li farka huma magħrufin Dan kollu jagħti Sens sabiħ t’identita` Minkejja ċ-ċokon Tant tispikka l-varjeta` Il-bliet u rħula Kemm Maltin u dawk Għawdxin Joffru tiżwieqa Ta’ djaletti ferm ħelwin Joffru tiżwieqa Ta’ djaletti ferm ħelwin
The JoyGivers - Milied Kuljum (Official Music Video)
04:19

The JoyGivers - Milied Kuljum (Official Music Video)

Awtur: Etienne Micallef Kompożizzjoni: 'The JoyGivers®' Produzzjoni Mużikali: 'The JoyGivers®' Drittijiet Esklussivi ©: 'The JoyGivers®' Filmati u muntaġġ: Ricky Bugeja Filming Follow The JoyGivers: Facebook: https://www.facebook.com/thejoygiversband Instagram: https://instagram.com/thejoygiversband?igshid=1oq5204g1r2fw https://thejoygiversband.com/ MILIED KULJUM Novembru ma jkunx għadda Imma d-dar diġa` armata L-ispirtu fl-aqwa tiegħu Il-ferħ dejjem iġib miegħu Il-ħmura tal-ponsjetta Lesta mdendla l-kalzetta Ninni la tikbix iżjed Ħelwa wisq il-kanzunetta Tinħass il-kesħa fina Ġibna l-kutra biex tgħattina Il-qagħaq tal-qastanija L-imbuljuta tfuħ fil-kċina Jgħidu x’jgħidu l-Milied Jibqa’ f’qalbna l-Maltin Festa ħelwa tal-familja Fejn tisseddaq l-armonija Jekk inħallu lill-Bambin Imexxina tul is-snin Il-Milied ikun kuljum Sena sħiħa jista’ jdum Bejn il-Qala u l-Milied Il-moħriet erfa’ mill-wied F’San Martin inkissru l-lewż Fil-Milied naqsmuh mal-bews Fl-antik tisma’ t-tamburlin Maż-żaqq bin-noti ħelwin Iż-żafżafa u l-flejġuta Kienu jpaxxu wisq lil ħutna Il-presepju kollu ħajja Li jfakkarna f’dik il-ġrajja Meta elfejn sena ilu Ġewwa Betlem twieled Kristu Jgħidu x’jgħidu l-Milied Jibqa’ f’qalbna l-Maltin Festa ħelwa tal-familja Fejn tisseddaq l-armonija Jekk inħallu lill-Bambin Imexxina tul is-snin Il-Milied ikun kuljum Sena sħiħa jista’ jdum Ninsew tagħna d-differenzi Mingħajr ħdud u mingħajr festi Nibqgħu nibżgħu għal xulxin Fil-Milied u tul iż-żmien Jgħidu x’jgħidu l-Milied Jibqa’ f’qalbna l-Maltin Festa ħelwa tal-familja Fejn tisseddaq l-armonija Jekk inħallu lill-Bambin Imexxina tul is-snin Il-Milied ikun kuljum Sena sħiħa jista’ jdum Etienne Micallef

Social

bottom of page